top of page
17-25 TA' MEJJU 2024 | ŻEJTUN, FLORIANA, VALLETTA
IXTRI L-BILJETTI
Wirja ta' Films Etnografiċi

Wirja ta' Films Etnografiċi

Ġurnata
22/05/24
Post
iċ-Ċinema ta' Spazju Kreattiv, Valletta
Ħin
7:30 pm
Tul
Siegħa
Prezz
B'xejn, imma hemm bżonn li tirreġsitra.
Ftuh
NA

Għal din l-edizzjoni ta’ Ritmu Roots Festival, Ritmu ser ikun qed jippreżenta żewġ films etnografiċi li jħarsu lejn żewġ tradizzjonijiet performattivi: l-għana u r-ritwal ta’ Stambeli. Għal din il-presentazzjoni tal-films li ser inħarsu lejn dak kollu li jsawwar dawn it-tradizzjonijiet. Din il-presentazzjoni ser tkompli b’diskussjoni fuq dawn iż-żewġ films mad-diretturi dawn il-films.

Bejn is-Sema u L-Art - Film ta’ Adrian Camilleri (30’ -2024)

F’dan il-film etnografiku qasir, l-antropologu u artisti, Adrian Camilleri, joħloq tributt għal Frans Baldacchino, imlaqqam bħala ‘il-Budaj’. Dan il-film ser iħares lejn it-tliet partijiet ta’ ħajjet dan l-għannej, poeta u artist rinomat billi jesplora l-aspetti diversi li kkonsolidawh bħala figura fix-xena kulturali Maltija. Camilleri jiġbor l-essenza tal-legat tal-Budaj billi jsegwi lill-ħbieb, familjari u kollaboraturi tiegħu. Bil-vuċijiet u l-istejjer tagħhom, l-udjenza ser tittieħed fuq ġrajja melankonika li tonora l-kontribuzzjonijiet ta’ Frans Baldacchino li ħalliet marka permanenti u dejjiema fuq l-għana u l-wirt kulturali.

Dan il-film jinkludi kontenut arkivjali meħud mill-kollezzjoni ta’ Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’, korteżija tal-Fondazzjoni Magna Żmien.

Stambeli, The Spirits’ Last Dance. Film ta’ Augustin Le Gall (32' - 2023)

Fit-Tuneżija, kult misterjuż tal-possessjoni ifejjaq u jeħles lin-nies mid-deni. Dan huwa stambeli, ritwal sigriet imwieled mit-taħlita ta’ kulturi tal-Afrika ta’ taħt is-Saħara. Inkantazzjonijiet, trans kurattiv u riti sagrifiċjali jinfdu kull parti tal-film. Bi stambeli, l-aħħar żifna tal-ispirti, Augustin Le Gall u l-ġurnalist Théophile Pillault iġibu fid-deher parti li rari tidher tal-istorja soċjali u kulturali tat-Tuneżija.

Dan il-film li ttieħed bejn is-santwarju ta’ Sidi Ali El Mekki tal-kosta Mediterrannja u l-qalba tal-belt ta’ Tunis u huwa magħmul minn tliet partijiet li jesploraw ir-ritwal li bħalissa huwa mhedded li jinqered bl-użu ta’ ta’ tliet protagonisti bħala kwadri: l-anzjan taċ-ċerimonja Lotfi Karnef, Riadh Ezzawech, u waħda mill-aħħar Arîfas (nies li jikkomunikaw mal-mejtin) mit-Tuneżija, u Amine Metani, mużiċist elettroniku ispirat minn dan il-wirt kulturali.

Krettu tar-ritratt: Adrian Camilleri.

Accessibiltà: Spazju Kreattiv huwa aċċessibbli għan-nies li jużaw is-siġġu tar-roti

Prezz: B'xejn, imma hemm bżonn li tirreġistra.

Dan l-avveniment huwa megħjun mill-Ambaxxata ta' Franza f'Malta u l-Alliance Française de Malta Mediterranée.

Termini u kundizzjonijiet

Billi tattendi dan l-avveniment, qed taqbel li tinqabad f'xi muntaġġ għal  skopijiet dokumentattivi u ta' promozzjoni, u taqbel li dan il-kontenut ikun jista' jkun maħżun u interpretat għal perjodu indefinit tal-ħin.

Ġurnata
22/05/24
Ftuħ
NA
Post
iċ-Ċinema ta' Spazju Kreattiv, Valletta
Ħin
19:30

Termini u Kundizzjonijiet

Billi tattendi dan l-avveniment, qed taqbel li tinqabad f'xi muntaġġ għal  skopijiet dokumentattivi u ta' promozzjoni, u taqbel li dan il-kontenut ikun jista' jkun maħżun u interpretat għal perjodu indefinit tal-ħin.

  • Facebook
  • Instagram
  • LinkedIn
bottom of page