top of page
17-25 TA' MEJJU 2024 | ŻEJTUN, FLORIANA, VALLETTA
IXTRI L-BILJETTI
Prejjem u Għana ma' Ta' Nofsillejl - It-Tieni Sessjoni

Ġurnata
25/05/24
Post
Il-Ġonna tal-Argotti, il-Furjana, Malta
Ħin
8:00 pm
Tul
40 Minuta
Prezz
10 EWRO (Biljett Standard ta' Ġurnata),
5 EWRO (Biljett bi skont għal persuni b'karta tad-disabbiltà Ewropea valida, anzjani u studenti)
15 EWRO (Biljett ta' jumejn)
32 EWRO (Biljett standard għal gruppi ta' erbgħa)
Ftuh
24/05/2024

Dan l-avveniment jifforma parti mill-pakkett ta ’biljetti għal Ritmu Roots Festival fil-ġonna tal-Argotti.

Il-laqam “Ta’ Nofsillejl” jirreżona mal-istorja rikka fl-irkejjen tal-għana u d-daqq tal-kitarri tradizzjonali jew id-daqq tal-prejjem. L-għana qiegħda fid-demm tal-familja Nofsillejl, isem li oriġina mill-mibki Carmelo Aquilina, missier George, li kien rinomat bħala kitarrist innovattiv u virtwoż fix-xena tal-għana kemm f’Malta u l-Awstralja sakemm miet fid-90ijet.

George mexa fil-passi ta’ missieri u metikolużament ippreserva u kkura kollezzjoni notevoli ta’ recordings li mhux biss jinkludu lil missieri, imma wkoll għannejja u kiterristi oħra mis-seklu 20. Bħalissa George qed jaqsam il-biżibilju ta’ għerf u materjal ma’ ibnu Karol billi jaqsam l-għerf li għandu dwar il-kitarri, tekniki u stili tal-kitarra u li jaqsam il-materjal mużikali ta’ kantanti u kitarristi li ħallew marka permanenti fuq l-istorja tal-għana.

Karol, individwu edukat fil-mużika u b’ġassjoni fonda għall-kitarri tal-għana u stili mużikali oħra bħal-flamenco, kien familjari mad-dinja tal-għana minn età tenera. Wara xi snin ta’ studju u prattika, il-missier u l-ibemn qed jippreżentaw ripertorju b’elementi ġodda u wieħed varjat u tradizzjonali. Il-kordi li jirreżpnaw mal-akkumpanjament tal-kitarri jintrabtu mad-daqq frisk, dinamiku u innovattiv ta’ Karol jikkaratterizza l-legat mużikali ta’ Ta’Nofsillejl u l-approċċ frisk għall-prejjem tradizzjonali.

F’dan il-kunċert, Ta’ Nofsillejl ser ikun qed jikkolabora ma’ ftit mill-aktar kantanti profiċjent u magħrufin fix-xena li aċċettaw li jagħdmu ma’ dawn il-kitarristi li qed jinnovaw fit-tradizzjoni. Dan il-kunċert ser jinkludi eżempju tal-forom varjati tal-għana, fosthom spirtu pront, l-għana fil-għoli u l-għana tal-fatt.

Artisti: Nenu Borg il-Brazz, Jesmond Galea tal-Kalora, Mabbli Camilleri l-Bozen, Ninu Gatt ir-Rajsu u Ċensu Abela tal-Pitrolju.

Prezzijiet tal-Biljetti:

Accessibiltà: Dan il-post huwa aċċessibbli għal nies li jużaw siġġu tar-roti.

Termini u kundizzjonijiet

Billi tattendi dan l-avveniment, qed taqbel li tinqabad f'xi muntaġġ għal  skopijiet dokumentattivi u ta' promozzjoni, u taqbel li dan il-kontenut ikun jista' jkun maħżun u interpretat għal perjodu indefinit tal-ħin.

Ġurnata
25/05/24
Ftuħ
24/05/2024
Post
Il-Ġonna tal-Argotti, il-Furjana, Malta
Ħin
20:00

Termini u Kundizzjonijiet

Billi tattendi dan l-avveniment, qed taqbel li tinqabad f'xi muntaġġ għal  skopijiet dokumentattivi u ta' promozzjoni, u taqbel li dan il-kontenut ikun jista' jkun maħżun u interpretat għal perjodu indefinit tal-ħin.

  • Facebook
  • Instagram
  • LinkedIn
bottom of page